
GettyImages © bizoo_n
Ir-rapport jinnota parteċipazzjoni tal-votanti ta’ 50,74 %, li turi l-vitalità kontinwa tad-demokrazija tagħna tal-UE. Dan jiddeskrivi miżuri mmirati meħuda mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jinvolvu liż-żgħażagħ, jagħtu spinta lill-parteċipazzjoni tan-nisa, jiffaċilitaw l-aċċess għall-persuni b’diżabilità, u jappoġġaw liċ-ċittadini mobbli tal-UE (ċittadini tal-UE li marru fi Stat Membru ieħor biex jaħdmu, jgħixu jew jistudjaw). Ir-rapport jenfasizza wkoll il-miżuri meħuda minn kull istituzzjoni tal-UE u mill-Istati Membri, kif ukoll il-kooperazzjoni bla preċedent bejniethom biex jiġġieldu t-theddid għall-proċess elettorali, bħall-indħil barrani, id-diżinformazzjoni, iċ-ċibersigurtà u kwistjonijiet oħra li jaffettwaw l-integrità tal-elezzjonijiet, kemm qabel kif ukoll matul l-elezzjonijiet. Dan kollu għen biex jiġi żgurat li l-elezzjonijiet jimxu bla xkiel u mingħajr ebda inċident jew tfixkil kbir.
Henna Virkkunen, il-Viċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-Demokrazija qalet:
“L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huma l-pedament tad-demokrazija. Għamilna passi kruċjali biex niżguraw li dawn il-proċessi elettorali jkunu reżiljenti u ġusti. L-elezzjonijiet tal-2024 urew livell eċċezzjonali ta’ kooperazzjoni tal-UE, u saħħew l-impenn tagħna li nissalvagwardjaw l-integrità demokratika.”
Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa.