
Il-Viċi President Eżekuttiv għas-Sovranità, is-Sigurtà u d-Demokrazija tat-Teknoloġija, Henna Virkkunen, qalet:
“Illum qed nieħdu passi ulterjuri biex nitfgħu dawl fuq il-konformità tas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni ta’ X mal-obbligi skont id-DSA. Aħna impenjati li niżguraw li kull pjattaforma li topera fl-UE tirrispetta l-leġiżlazzjoni tagħna, li għandha l-għan li tagħmel l-ambjent online ġust, sikur u demokratiku għaċ-ċittadini Ewropej kollha.”
L-ewwel nett, il-Kummissjoni qed titlob lill-kumpanija tipprovdi dokumentazzjoni interna dwar is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħha u kwalunkwe bidla reċenti li saret fiha, sal-15 ta’ Frar 2025.
Barra minn hekk, “ordni ta’ żamma” tirrikjedi li l-pjattaforma tippreserva dokumenti u informazzjoni interni rigward bidliet futuri fit-tfassil u l-funzjonament tal-algoritmi ta’ rakkomandazzjoni tagħha, għall-perjodu bejn is-17 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Diċembru 2025, sakemm l-investigazzjoni li tkun għaddejja tal-Kummissjoni ma tiġix konkluża minn qabel.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ħarġet talba għal aċċess għal ċerti APIs kummerċjali ta’ X, interfaċċi tekniċi għall-kontenut tagħha li jippermettu tiftix dirett tal-fatti dwar il-moderazzjoni tal-kontenut u l-viralità tal-kontijiet.
Dawn il-passi se jippermettu lis-servizzi tal-Kummissjoni jqisu l-fatti rilevanti kollha fil-valutazzjoni kumplessa skont id-DSA tar-riskji sistemiċi u l-mitigazzjoni tagħhom.
Sib aktar informazzjoni dwar: